Edukazzjoni Lokali

L-iskejjel ta’ St. Albert mistennija li jiftħu l-bibien tagħhom nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġejjin

Fi stqarrija maħruġa mill-amministrazzjoni tal-Kulleġġ St. Albert intqal li l-iskejjel tal-Primarja u Sekondarja mistennija li jiftħu hekk kif it-timetable issa tlestiet. Jiġifieri, l-iskola Primarja mistennija li tiftaħ it-Tlieta li ġej u l-għada, l-Erbgħa se tkun qed tiftaħ l-iskola Sekondarja.

Huma qalu li f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm dewmien fil-preparazzjoni għall-ftuħ tas-sena skolastika minħabba li l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ ma kellhiex aċċess għal xi informazzjoni importanti. Madanakollu, jidher li issa t-timetable hi lesta u fadal biss l-aħħar preparamenti.

L-istqarrija tkompli li l-istudenti jibqgħu l-prijorità ewlenija tagħhom f’din is-sitwazzjoni.