Internazzjonali

L-urugan Fiona joħloq kaos sħiħ

Il-Kanada qed jippreparaw b’kull mod possibli hekk kif qed jistennew li l-maltemp qawwi msemmi ‘Fiona’ se jkun qed jagħmel ħsara kbira u ta’ risku għar-residenti.

Dan l-urugan qed ikun meqjus l-agħar wieħed li qatt laqgħat lill-pajjiż. Maltemp li minn uragan inbidel f’ċiklun post-tropikali li qed iġib miegħu riħ, xita u mewġ qawwi ħafna.

L-awtoritajiet Kanadiżi wissew lin-nies biex ma joħorġux barra bla bżonn u b’mod speċjali jevitaw il-kosta tal-madwar.

Dan il-maltemp diġa’ għamel ħsara kbira hekk kif raw xita qawwija u għargħar kbir… b’iktar minn miljun persuna f’Puerto Rico spiċċaw mingħajr elettriku.