Matul il-gurnata tas-Sibt sar it-tieni avveniment ta’ kwalifikazzjoni għall-IPF World Championships 2023 li se jsiru f’Malta f’Ġunju tas-sena d-dieħla. Għal dawn il-kampjonati Team Malta irid ikollu 8 nisa u 8 irġiel sabiex jikkompetu mal-aqwa tad-dinja. Dawn l-avvenimenti qed ikunu organizzati mill-Malta Powerlifting Association.
Fil-kategorija tal-irġiel fl-ewwel post spiċċa Wayne Gregoraci b’total ta’ 87.45 punt filwaqt li warajh fit-tieni post ġie Chalres Degiorgio b’87.30 punt. Fit-tielet post spiċċa Joseph Abela bi 83.7 punti. F’dawn il-kampjonati ddebutta ż-żagħżugħ Kieran Vella li stabbilixxa ruħu u ġab riżultati sodisfaċenti li daħħluh fir-records Nazzjonali tas sub Juniors.
Il-kategorija tan-nisa kienet mirbuħa minn Lorna Cachia li kisbet total ta’ 82.9 punti filwawt li warajha ġiet Catherine Portelli b’77.25 punti. Ivana Delia spiċċat fit-tielet post b’76.2 punti.
L-avveniment li jmiss tal-Powerlifting se jsir f’Diċembru li ġej u r-reġistrazzjonijiet se jiftħu fit-3 t’Ottubru
//= $special ?>