Sport Sport Ieħor

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Cliferty Calleja champion tad-dinja

Is-Sibt wara nofsinhar ġie fi tmiemu l-Kampjonat Dinji għal-Sewwieqa Amateurs bi Cliferty Calleja jiġi nkurunat Champion tad-Dinja hekk kif għal darb’oħra ddomina fiż-żewġ tiġrijiet li saq fihom.

Fil-korsa ta’ Visarno Firenze Calleja kien fl-azzjoni l-ewwel bid-debba Dynamite Kandy li ma kinitx waħda mill-favoriti iżda rnexxielu jispiċċa fit-tielet post.Meta kien baqalu jsuq tiġrija waħda, Calleja kellu l-pressjoni fuqu li ried bilfors jispiċċa mal-ewwel erbgħa sabiex jirbaħ il-kampjonat u filfatt spiċċa bil-kbir hekk kif ħareġ rebbieħ bid-debba Bella Stella minkejja li ma kelliex numru tajjeb mal-karozza.

Cliferty Calleja ta wirja straordinarja matul il-kampjonat kollu bi tliet rebħiet, u pjazzament fit-tieni, tielet u s-sitt post fejn l-impressjoni tal-barranin kienet waħda ta’ tifħir għall-kapaċità li wera anke bi żwiemel ikkunsidrati bħala diffiċli.Calleja kiseb total ta’ 43 punt segwiet mill-Belġjan bi 38 punt u t-Taljana bi 32 punt.

Huwa jirritorna Malta għada l-Ħadd b’titjira minn Bologna li tasal f’pajjiżna fil-10:55 ta’ filgħodu.