L-Ingilterra sfaw relegati għal League B tal-UEFA Nations League meta fi Stadio San Siro kienu megħluba 1-0 mill-Italja ta’ Roberto Mancini. Il-gowl deċiżiv ta’ din il-partita wasal f’nofs it-tieni taqsima meta kien pass fit-tul ta’ Leonardo Bonucci li sab lil Giacomo Raspadori li wara li kkontrolla b’xutt b’saħħtu minbarra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Nick
Pope.
Il-Ġermanja wkoll kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 mill-Ungerija. F’din il-partita il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fis 17-il minuta permezz ta’ Adam Szalai. B’hekk fl-aħħar rawnd ta’ partiti, l-Italja u l-Ungerija se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin sabiex ikun deċiż minn minnhom se jkun qed jilgħab fil-fażi finali tal-UEFA Nations League.

F’partiti oħra li ntlagħbu lbieraħ, il-Bosnija għelbu lil Montenegro bl-iskor ta’ 1-0 bil-gowl deċiżiv jasal fil-45 minuta permezz ta’ Ermedin Demirovic. Mill-istess grupp, il-Finlandja u r-Rumanija temmew fi draw ta’ 1-1 bil-gowls ikunu skorjati minn Teemu Pukki u Florin Tanase.
Ir-riżultati kollha kienu dawn:
Ġermanja 1-0 Ungerija
Italja 1-0 Ingilterra
Bożnija 1-0 Montenegro
Finlandja 1-1 Rumanija
Ġorġja 2-0 Maċedonja
Bulgarija 5-1 Ġibiltà
Estonja 2-1 Malta
Illum:
15:00 – Armenja vs Ukrajna
18:00 – Irlanda ta’ Fuq vs Kosovo
20:45 – R. Ċeka vs Portugall
20:45 – Spanja vs Żvizzera
20:45 – Skozja vs Irlanda
20:45 – Iżrael vs Albanija
20:45 – Slovenja vs Norveġja
20:45 – Serbja vs Żvezja
20:45 – Ċipru vs Greċja