Futbol Sport

UEFA Nations League: Rebħa komda għall-Portugall

Żvizzera taħsad lil Spanja

Chris Cassar

Is-Sibt komplew il-logħbiet mill-UEFA Nations League fejn miż-żewġ logħbiet minn Grupp A tispikka r-rebħa tal-Portugall li fir-Repubblika Ċeka kisbet rebħa ta’ 4-0, filwaqt li mill-istess grupp sorpriża hekk kif l-Iżvizzera nqalgħġet mill-aħħar post fil-klassifika b’rebħa sospriża kontra Spanja.

Issa l-Portugall jinsabu fl-ewwel post b’għaxar punti segwit minn Spanja bi tmien punti, filwaqt li l-iżvizzera għandhom sitt punti u ċ-Ċeki fl-aħħar post b’erba’ punti.

Id-difensur ta’ Manchester United Diogo Dalot skorja doppjetta għall-Portugall bil-gowls l-oħra jkunu skorjati minn Bruno Fernandes u minn Diogo Jota. Iċ-Ċeki fallew penalty minn Schick.Akanji poġġa lill-Iżvizzera fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima iżda Jordi Alba kiseb id-draw għal Spanja. Il-gowl rebbieħ skorjah Embolo fit-58 minuta.

Riżultati:

Grupp A

Spanja 1-2 Żvizzera

Rep.Ċeka 0-4 Portugall

Grupp B

Armenja 0-5 Ukrajna

Slovenja 2-1 Norveġja

Iżrael 2-1 Albanija

Skozja 2-1 Irlanda

Serbja 4-1 Żvezja

Grupp C

Irlanda ta’ Fuq 2-1 Kosovo

Ċipru 1-0 Greċja