Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: L-Olandiża Van Vleuten tirbaħ it-titlu dinji

Annemiek Van Vleuten rebħet it-titlu dinji fl-eta’ ta’ 39 sena, tliet ijiem biss wara li sofriet ksur fil-minkeb, biex kisbet l-iktar rebħa mportanti fil-karriera tagħha.

B’attakk sorpriża meta kien jonqos biss l-aħħar 600m għat-tmiem, l-Olandiża ħasdet lill-grupp ta’ tmien ċiklisti li kienu fl-ewwel grupp jissieltu għar-rebħa finali.Fi tmiem il-korsa Van Vleuten, li se tirtira mix-xena sportiva fi tmiem dan l-istaġun, qalet li din ir-rebħa kienet l-iktar waħda important fil-karriera tagħha.

Din kienet sena fantastika għall-Olandiża li rebħet ukoll it-Tour de France, il-Giro u l-Vuelta. Hi kienet rebħet ukoll it-titlu dinji fl-2019 kif ukoll rebħet it-titlu Olimpiku fit-time trial.