Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Remco Evenpoel jirbaħ il-Kampjonat tad-dinja

(Ritratt: EPA)

Il-Belġjan Remco Evenpoel rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja wara r-rebħa fit-tellieqa tal-Ħadd fl-Awstralja.

B’din ir-rebħa Evenpoel jispiċċa l-istaġun impressjonanti fl-ewwel post u b’hekk sar l-ewwel Belġjan f’44 sena li rebaħ il-Grand Tour. Evenpoel li kien rebbieħ ukoll fit-tellieqa ta’ Liege-Bastogne-Liege iktar kmieni dis-sena temm it-tellieqa tal-lum wara 6 siegħat, 16-il minuta u 8 sekondi wara li rnexxielu jegħleb lill-Franċiż Christophe Laporte fl-aħħar 25 kilometru tat-tellieqa. Laporte temm it-tellieqa fit-tieni post b’distakk ta’ 2 minuti u 21 sekonda.

Wieħed mill-favoriti għal din it-tellieqa kien Matthieu van der Poel iżda l-Olandiż ma’ kkompetiex fit-tellieqa hekk kif ġie arrestat is-Sibt filgħaxija. Poel ġie akkużat u mressaq li attakka żewġ adoloxxenti ġurnata qabel it-tellieqa.