Lokali Qorti

Deportazzjoni għal Serb wara li nqabad b’passaport falz

Serb ta’ 49 sena ġie deportat minn Malta wara li ammetta li pprova jsiefer lejn pajjiżu b’passaport falz imma nsista li għamel hekk biex imur għat-tfal tiegħu. Srdan Mihajlovic, resdienti Marsalforn, Għawdex u li ma jaħdimx, tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima.

Huwa kien mixli mill-Ispettur Lara Butters li uża passaport falz u li ffalsifika dokumenti oħrajn. L-Avukat Josette Sultana bħala avukat tal-għajnuna legali li deheret għas-Serb qalet li huwa wettaq dan l-aġir b’emerġenza, u dan biex ikun jista’ jġib lit-tfal tiegħu mis-Serbja. Minbarra d-deportazzjoni tiegħu minn Malta l-Maġistrat Grima kkundannata sena ħabs sospiżi għal tliet snin.