Futbol Sport

Futbol ta’ taħt il-21 sena: Il-Maltin jirkupraw żewġ gowls

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena lagħab logħba ta’ ħbiberija fis-Centenary Stadium fejn ksieb draw ta’ 2-2.

It-tim immexxi minn Gilbert Agius kellu bidu diżastruż fejn sofra żewġ gowls fl-ewwel ħdax-il minuta iżda wara rkupra tajjeb biex kiseb riżultat pożittiv.

Nicolas Koutsakos skorja doppjetta fis-6 minuta u ħames minuti wara iżda tliet minuti mill-intervall Veselji naqqas l-iskor għal Malta. Fit-62 minuta kien l-attakkant ta’ Valletta Andrea Zammit li kiseb id-draw.