Internazzjonali

Il-Filippini: Evakwazzjonijiet fost is-super-tifun ‘Noru’

Mijiet ta’ residenti qed ikunu evakwati mill-aktar artijiet għoljin wara li l-pajjiż intlaqat minn super-tifun li qiegħed javvanza ‘il ġewwa b’veloċità mingħajr preċedent.

It-tifun – imlaqqam Noru — s’issa laħaq għadda mill-gżejjer Filippini tal-Lvant u fid-direzzjoni tal-gżira ewlenija ta’ Luzon – bin-nies ta’ dawn iz-zoni josservaw stat ta’ allert assolut. Dan ukoll waqt li Noru qed jiġġenera rwiefen ta’  240 kilometru fis-siegħa waqt li javvanza mill-Gżejjer ta’ Polillo u bl-elementi qed jintensifikaw minn siegħa għall-ioħra.

Mistenni li s-super-tifun, f’dawn is-sigħat. jikkaġuna l-valangi, l-għargħar u maltemp ieħor fit-tul u li għandhom iseħħu anki fil-belt kapitali ta’ Manila.