Sport Sport Ieħor

Moto GP: Jack Miller jirbaħ fil-Ġappun

(Ritratt: EPA)

Jack Miller fuq Ducati huwa r-rebbieħ tal-Moto Grand Prix fil-Ġappun. Miller ġabar total ta’ 25 punt waqt it-tellieqa, il-ħin li kiseb huwa ta’ 42’29.1740. Fit-tieni post spiċċa Brad Binder ta’ Red bull b’differenza ta’ 3.409 sekonda. L-Ispanjol Jorge Martin fuq Ducati spiċċa fit-tielet post b’distakk ta’ 4.136-il sekonda.

Fil-klassifika Fabio Quartararo jibqa’ fl-ewwel post minkejja temm it-tellieqa fid-disa’ post, huwa kiseb 8 punti waqt il-Grand Prix tal-Ġappun u issa jinsab b’219-il punt totali. Fit-tieni post hemm Francesco Bagnaia li għandu 201. Bagnaia ma temmx it-tellieqa hekk kif ħabat fl-aħħar lap meta prova jaqbeż lil Fabio Quartararo