Raġel ta’ 40 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli li beżża’ lil ommu li jgħix magħha. Ir-raġel, li ismu ma jistax jissemma biex tiġi protetta l-identità ta’ ommu qal fil-Qorti li ma jaħdimx, u ġie mixli li fid-19 ta’ Settembru li għadda, u fil-ġranet u xhur ta’ qabel, beżża’ lil ommu, heddidha u ħebb għaliha.
Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u kiser sentenza tal-Qorti. Huwa wieġeb mhux ħati u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest fejn anke qalet li jista’ jmur jgħix ma’ missieru. Il-Maġistrat Astrid May Grima talbet biex tara jekk il-missier kienx preżenti, imma barra l-awla kien hemm ommu biss li f’waqtiet dehret imbikkma.
Il-Qorti ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest b’rabta minħabba l-gravita tal-każ. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.
//= $special ?>