Rugby Sport

Rugby: Rebħa għal New Zealand fuq l-Awstralja

New Zealand ikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu lill-Awstralja 40-14 f’Eden Park biex hekk komplew itawwlu s-serje pożittiva tagħhom fl-istadium ta’ Aukland fejn issa ilhom 29 sena mingħajr telfa.B’din ir-rebħa New Zealand komplew saħħew posthom fil-quċċata ta’ The Rugby Championship u huma l-favoriti li jirbħu din l-għaxar edizzjoni.

L-Afrika t’Isfel champions tad-dinja jistgħu jisfidaw lil New Zealand jekk jiksbu rebħa ta’ 39 punt fuq l-Arġentina.