Knisja Lokali

Statwa ġdida fit-toroq tal-Gudja

Nhar is-sibt 24 ta’ Settembru kienet lejla speċjali għall-poplu Gudjan u b’mod partikolari għas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fejn ġie inawgurat il-monument tant mistenni u fuq portata tassew grandjuża tal-Madonna tar-Rużarju li propju jfakkar 100 sena mill-miġja tal-vara proċessjoniali fil-lokalita.

Din iċ-ċelebrazzjoni kienet waħda mirquma sewwa u tellegħet fuq livell professjonali; kif jixraq għall-din l-okkażjoni ferm importanti għal din is-soċjetà.

Din is-serata kienet suċċess u tat il-bidu fuq nota pożittiva ħafna għal-festa tal-Madonna tar-Rużarju li mistennija ssir nhar il-Ħadd 2 t’ Ottubru hekk kif dejjem tkun iċċelebrata l-ewwel Ħadd t’Ottubru.