Sport Sport Ieħor

Tennis: Liudmila Samsonova tegħleb lil Zheng Qinwen fil-finali ta’ Tokyo

(Ritratt: EPA)

Ir-Russa Liudmilla Samsonova għelbet lil Zheng Qinwen fil-finali tal-Open ta’ Tokyo. Samsonova rebħet bl-iskor ta’ 7-5, 7-5. B’din ir-rebħa Liudmilla Samsonova rebħet it-tielet WTA title tagħha f’xagħrejn. Samsonova li hija kklassifikata bħala numru 30 fid-dinja kellha rebħiet ukoll ġewwa Washington u Cleaveland f’Awwissu li għadda kif ukoll laħqet ir-raba’ rawnd fil-US Open.

Bil-prestazzjoni tagħha fil-finali Zheng hija l-iżgħar finalista fit-tour level events, fejn ir-rekord ta’ qabel kien meħud minn Peng Shuai.