Sport Sport Ieħor

Tennis: Tmiem emozzjonali għall-karriera brillanti ta’ Roger Federer

Roger Federer tard il-Ġimgħa filgħaxija temm il-karriera brillanti tiegħu meta fforma koppja ma’ wieħed mill-ikbar rivali tiegħu Rafael Nadal biex irrapreżenta l-Ewropa fir-Rod Laver Cup.

Fi tmiem mill-iktar emozzjonali Roger Federer u anki saħansitra Rafael Nadal ma setgħux jaħbu l-emozzjonijiet tagħhom u t-tnejn kienu bid-dmugħa f’għajnehom. Bla dubju xeni li ma jintesew qatt fejn minkejja r-rivalita’ sportiva bejn dawn iż-żewġ ġganti tat-tennis dinji, kien hemm ħbiberija sinċiera li tmur lil hinn mill-kompetizzjoni sportiva.