Futbol Sport

UEFA Nations League: L-Olanda jirbħu lill-Belġju f’partita missielta

Fill-Johan Cruyff Arena
Olanda v Belġju 1-0

F’partita li dehret bilanċjata fuq il-karta kienu Olanda li ħarġu rebbieħa permezz ta’gowl mid-difensur Virgil Van Dijk. F’logħba mimlija battibeki miż-żewġ timijiet, il-plejer Belġjan Eden Hazard kellu l-ewwel azzjoni denja wara biss erba’ minuti logħob hekk kif irnexxielu jaqbeż żewġ plejers minn fuq il-lemin u prova l-konklużjoni minn barra l-kaxxa, iżda sfortunatament għall-attakkant ta’ Real Madrid ix-xutt tiegħu kien għoli wisq. Kienu l-Belġju li reġgħu kienu perikolużi hekk kif fl-14-il minuta Michy Batshuayi kompla jipressa lid-difiża Olandiża u rnexxielu jirbaħ il-ballun u prova jegħleb il-gowlkeeper Olandiż Remko Pasveer iżda dan laqa’ tajjeb ħafna. Ftit minuti wara kien il-mument tal-Olanda li jipruvaw jiksbu l-vantaġġ permezz ta’ xutt mill-attakkant Vincent Jansen, iżda il-plejer ta’ Royal Antwerp ma rnexxielux jsib il-lasta bil-konklużjoni tmur żmerċ.

L-Olandandiżi reġgħu kienu perikolużi fid-29 minuta hekk kif id-difensur ċentrali Nathan Ake irnexxielu jsib lil-Vincent Jansen permezz ta’ pass vertikali ġol-kaxxa fejn Jansen reġgħa ma rnexxielux jiskurja hekk kif ix-xutt kien għoli wisq. Fit-32 minuta il-goalkeeper Pasveer reġa kien l-eroj għall-Olanda hekk kif laqa’ tajjeb il-konklużjoni ta’ Axel Witsel min ftit metri ‘l bogħod. Belġju komplew bl-attakki fuq id-difiża Olandiża hekk kif biss żewġ minuti wara kien imiss Timothy Castagne ta’ Leicester City li prova xortiħ lejn il-lasta iżda l-konklużjoni tad-difensur laterali kienet għolja wisq. Qabel it-tisfira ta’ l-ewwel taqsima l-Olanda provaw jiksbu l-vantaġġ permezz ta’ Korner iżda id-difiża Belġjana iddefendiet tajjeb u rnnexxiela tarmi l-periklu.

Fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet harġu jfittxu l-gowl, iżda l-ewwel azzjoni perikoluża ġiet minn Dumfries minn xutt b’saħħtu minn fuq il-lemin iżda Courtois laqa’ tajjeb. Wara bosta okkazjonijiet miż-żewġ timijiet kienu l-Olanda li rnexxielhom jiksbu l-vantaġġ fit-73 minuta permezz ta’ daqa’ ta’ ras mid-difensur ta’ Liverpool Van Dijk. B’dan ir-riżultat l-Olanda jikkonfermaw ruħhom għat-tieni stadju tal-UEFA Nations League.

Ir-riżultati kollha kienu dawn:

Grupp A:

Awstrija 1-3 Kroazja

Danimarka 2-0 Franza

Olanda 1-0 Belġju

Wales 0-1 Polonja

Grupp C:

Ażerbajġan 3-0 Każakistan

Slovakja 1-1 Belarus

Gżejjer Faroe 2-1 Turkija

Lussembrugu 1-0 Litwanja

Grupp D:

Andorra 1-1 Latvja

Moldova 2-0 Liechenstein