Lokali

“Wasal il-mument li l-PN jingħaqad u juri lill-poplu li se noffru l-aqwa kwalità tal-ħajja” – Chris Said

“Wasal il-mument li l-Partit Nazzjonalista jingħaqad u nuru lill-poplu li aħna se noffru l-aqwa kwalità tal-ħajja. Il-Partit Nazzjonalista huwa tarka għall-poplu Malti u Għawdxi.”

Hekk saħaq id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Chris Said meta kien qed jinidirizza l-attivita politika li saret f’Għawdex.

Huwa qal li Għawdex kellu sehem importanti fil-kisba tal-Indipendenza u għalhekk sellem l-memorja ta’ dawk l-erba’ deputati Għawdxin li kienu eletti iżda illum m’għadhomx magħna. Mingħajrhom l-Indipendenza ma kinitx tkun possibbli hekk kif huma kienu strumentali sabiex welldu stat sovran. Chris Said qal li stajna nissieħbu fin-Nazzjonijiet Uniti fejn bl-indipendenza stajna niksbu wkoll r-Repubblika u nagħmlu parti mill-Kummissjoni Ewropea u nsiru membru fl-Unjoni Ewropea.

Huwa qal li l-Gvern nefaq eluf ta’ ewro biex tella’ delegazzjoni ta’ 30 ruħ fi New York. Dan b’kuntrast mal-membri mill-Partit Nazzjonalista li dejjem telgħu b’delegazzjoni ta’ ftit nies u qdew dmirijiethom kif suppost.

Chris Said qal li bl-Indipendenza, Għawdex gawdiet hekk kif kien inbena l-Isptar Ġenerali iżda l-Gvern biegħu lill-kumpanija privata.

Barra minn hekk huwa qal li twaqqaf Kunsill Reġjonali li biddel l-infrasstuttura t’Għawdex u sar ħafna ġid għaliex il-Partit Nazzjonalista jemmen fil-prinċipju tas-sussidjarjeta. Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista kien li qatel dan il-kunsill reġjonali u b’hekk wera kemm ma jemminx fil-prinċipju tas-sussidjarjeta’.

Chris Said qal li l-Partit Nazzjonalista waqqaf il-Kunsilli Lokali b’diversi poteri u Għawdex ukoll gawda minnhom iżda fl-aħħar għaxar snin il-Gvern bilmod il-mod qed jieħu dawn il-poteri kollha. Huwa saħaq li l-Kunsilli Lokali għandhom jingħataw ir-riżorsi kollha għaliex huma jistgħu jirrispondu xi jridu n-nies tal-lokalita’. Barra minn hekk huwa qal li mhux se jistrieħu qabel Għawdex ma jkollu Kunsill Reġjonali tiegħu elett mill-Għawdxin stess bil-poteri kollha u bil-finanzi kollha meħtieġa sabiex l-Għawdxin jerġgħu jkollhom il-vuċi tagħhom.

Huwa tenna li f’pajjiżna qed naraw li l-kwalita’ tal-ħajja qed tonqos u kull xahar qed naraw splużjoni fil-prezzijiet. Il-Poplu Malti u Għawdxi qed ikollu jħabbat wiċċu mal-għoli tal-ħajja.

Barra minn hekk huwa qal li l-Partit Laburista qed iwaħħal fil-Partit Nazzjonalista fis-sitwazzjoni tat-traffiku meta l-ammont esaġerati ta-permessi li jinħarġu ta’ kuljum qed joħorġu minn taħt il-Partit Laburista