Lokali

ATTENT: Tikkunsmax dan il-prodott

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku biex ma jikkunsmax il-prodott bl-isem ta’ Organic Hass Avocados hekk kif jista’ jkun fih livelli elevati ta’ pestiċida Chlorpyrifos.

Deskrizzjoni tal-prodott:Avocado Friska (kontenitur bi tnejn)
Isem tal-prodott fuq il-pakkett:Organic Hass Avocados
Dittà:Nature’s Pride
Kodiċi fuq il-prodott:PO220110100 u PO220109133
Oriġini:Kenja

Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21337333 jew jibgħat email fuq mhi@gov.com.mt.