Futbol Sport

GFA l-Ewwel Diviżjoni: Nadur maħsuda minn Xewkija

Il-Ħadd fil-Gozo Stadium ingħata bidu għar-raba’ ġurnata mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex b’żewġ partiti li r-riżultati tagħhom jista jitqiesu bħala sorpriża.

Xewkija Tigers 1-0 Nadur Youngsters

Il-leaders Nadur Youngster kienu maħsuda minn Xewkija Tigers li għelbuhom 1-0. Il-gowl ta’ Xewkija wasal fit-23 minuta minn Rodney Buttigieg.

Referee: Darryl Agius

Oratory Youths 2-0 Għajnsielem

Fl-ewwel partita tal-ġurnata, Oratory Youths kisbu l-ewwel rebħa u l-ewwel punti tagħhom fl-istaġun il-ġdida meta għelbu lil Għajnsielem 2-0.

Bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ mingħajr gowls, Oratory Youths fetħu l-iskor fid-69 minuta permezz ta’ Haraan Hajazan Goncalves Barbosa biex l-istess plejer irdoppja għaxar minuti wara għal skor finali ta’ 2-0.

Referee: Ezekiel Barbara