Lokali

Ħaddiem iweġġa’ wara li waqa’ f’fabbrika fl-Imrieħel

Ritratt: Martin Agius

Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm
bżonn l-assistenza f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ l-Imrieħel.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Indjan ta’ 26 sena, waqa’ minn fuq sellum u weġġa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.