Lokali

Ħidma mill-AFM u l-Protezzjoni Ċivili biex tittella’ persuna li waqgħet mill-irdumijiet t’Għajn Tuffieħa

Ħidma konġunta bejn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili wasslet biex ġiet salvata persuna li waqgħet minn fuq l-irdumijiet t’Għajn Tuffieħa. Il-każ seħħ il-bieraħ waranofsinhar.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma, li hu Olandiż, kellu bżonn l-assistenza biex jittella’ minn post mhux aċċessibli.

Permezz ta’ ħelikopter, il-persuna ttellgħet f’post aċċessibli biex minn hemmhekk, tim mediku ta l-ewwel għajnuna tiegħu qabel ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

X’wassal għal dan l-inċident u l-kundizzjoni tal-persuna għadhom mhux magħrufa.