Lokali Qorti

Kienet tħallas lid-Direttur ta’ Transport Malta biex iħaffilha l-proċess għal liċenzja tan-neputi

Il-Pulizija sabu chats bejn Maria Assunta Camilleri u Clint Mansueto id-Direttur ta’ Transport Malta li urew li Camilleri kienu tagħtih 50 ewro kull darba li tħallsu biex iħaffilha l-proċess għan neputi tagħha Markus Galdes u mhux biex jgħaddih mill-eżami tal-liċenzja, Maria Assunta Camilleri qalet lill-Pulizija meta nterrogawha li l-flus kienet tagħtiomlu minn jedda u mhux għax kien jitlobomlha hu.

Maria Assunta Camilleri ta’ 36 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ qed tiġi proċessata li biex tieħu vantaġġ minn xi ħaġa ikkorrompiet uffiċjal ta’ awtorità biex tikseb vantaġġi għaliha. Il-każ tat-testijiet tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan diġa ħareġ fil-beraħ fejn inkixef racket ta’ korruzzjoni li allegatament kien jinvolvi tliet ufficjali ta’ Transport Malta li diġa bdew proċeduri kontrihom fil-Qorti – l-istess Clint Mansueto, Raul Antonio Pace u Philip Edrick Zammit, li lkoll bħal Camilleri qed iwiegbu mhux hatja.

L-Ispettur Wayne Borg li nvestiga l-każ qal li saret investigazzjoni fuq chats fejn instabu li kien hemm minnhom bejn Camilleri u Mansueto. Dwar il-50 ewro dawn ħareġ li nstabu li kienu bdew fid-19 ta’ Awwissu, 2021, fejn b’kollox kien hemm 21 chat li komplew għaddejjin sa Frar tal-2020.

F’messaġġ partikolari Maria qalet lil Clint li n-neputi tagħha, Markus Galdes għandu l-eżami tat-teorija u nstab diary li fin instabet referenza, fid-data tas-26 ta; Frar li għadda fejn Markus Galea kien immarkat bħala mportanti. Mansueto kien qed ikellem lill-eżaminaturi u kien jagħmel emfasi magħhom sabiex jgħadduhom.

Fil-fatt instabu chats bejn eżaminatur u Mansueto, rigward Maria. Fl-istqarrija li tat lill-Pulzija hija spjegat illi l-unika raġuni għalfejn kienet kellmet lil Manseuto kien biss biex sempliċiment jgħaġġel il-proċess tal-eżamijiet, peress li kienet ta’ importanza kbira għan-neputi tagħha,

Hija qalet lill-Pulizja li ftit tal-jiem wara Markus mar għall-eżami u għadda. Fil-mobile ta’ Mansueto sabu messaġġ fejn hija staqsietu jekk l-envelope li kienet bagħtitlu kienx wasallu. Meta mistoqsija dwar l-envelope, qalet li ma tiftakar xejn. Mill-mobile ta’ Mansueto kien hemm chats oħra fosthom ma’ ċertu Tonio.

Għal finijiet sabiex tkun tista’ tagħlaq il-prima facie, l-Avukat tal-prosekuzzjoni Abigail Caruana Galea talbet li jitħarrku s-service providers u rappreżentant ta’ Transport Malta. Il-każ ġie differit għas-6 ta’ Ottubru fl-10.30am. Għal Maria Assunta Camilleri dehru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Wayne Borg u l-Avukati Gary Cauchi u Abigail Caruana Galea mill-uffiċċju tal-AĠ.