Lokali

Numru ta’ persuni arrestati hekk kif kienu qed jgħixu Malta b’mod illegali

Kmieni dalgħodu, 25 persuna ġew arrestati wara li nstabu qed jgħixu illegalment f’Malta waqt spezzjonijiet li saru f’Raħal Ġdid u Fgura.

L-Ispezzjonijiet twettqu mill-Pulizija u mis-Servizzi tad-Detenzjoni f’diversi postijiet fejn instabu dawn il-persuni ta’ nazzjonalitajiet varji, fosthom mill-Indja, Bangladesh, Sirja u millKolombja, fost oħrajn.