Lokali Qorti

Preżentata email dwar booking minn Yorgen Fenech f’lukanda għal Pariġi b’Rosianne Cutajar il-mistiedna tiegħu

Supretendent li jmexxi l-Iskwadra tal-Omiċidji tal-Pulizija esebixxa kopja ssiġillata ta’ email lil Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li kkonferma booking għal żjara f’lukanda fi Frar 2018 f’Pariġi f’isem Fenech. Id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar kienet indikata bħala l-mistiedna tiegħu.

Is-Supretendent Keith Arnaud ta dawn il-provi lill-Maġistrat Rachel Montebello, hekk kompliet il-kawża ta’ libell imressqa minn Cutajar kontra l-awtur Mark Camilleri. Cutajar kienet ippreżentat libell fuq post ta’ Camilleri fuq Facebook, fejn allega li d-Deputat tal-gvern aċċettat ħlas mingħand Yorgen Fenech bi tpattija li hija ddefenditu minn allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni filwaqt li kkritikat ix-xogħol investigattiv li għamlet Daphne Caruana Galizia.

Camilleri kien kiteb ‘A Rent-seeker’s Paradise’, fejn stqarr li Fenech kien involut f’relazzjoni intima ma’ Cutajar. Camilleri sostna fil-kitba tiegħu li Fenech “taha flus maħmuġin bil-pretenzjoni li kienet għenitu biex iwettaq kuntratt ta’ proprjetà”. Is-silta tgħid:

“Waqt li Cutajar kienet qed tgawdi l-ħin tagħha ma’ Fenech fuq il-post tax-xogħol, kienet tikkritika x-xogħol ta’ Daphne Caruana Galizia kemm fil-parlament kif ukoll barra. Hijas wkoll opponiet dawk li kienu ikkritaw il-gvern ta’ Muscat anke wara r-rivelazzjoni ta’ 17 Black.”

F’seduta preċedenti, li saret f’Mejju, l-avukati ta’ Cutajar kienu talbu lill-qorti biex Camilleri iġib il-provi dwar dak li kien qed jiteb. Sussegwentement l-avukat ta’ Camilleri, Joseph Mizzi, kien ressaq talba lill-Qorti Kriminali, fejn talbuha tagħti aċċess għal din il-prova, li hija parti mir-rekords tal-proċeduri kriminali kontra Fenech.

Qabel ma ssejjaħ is-Supretendent biex jixhed, l-avukat ta’ Cutajar Edward Gatt qal lill-qorti li sentenza riċenti ħafna tal-QĠE Telekom Deutschland vs il-Ġermanja kienet iddeċidiet li ċerti komunikazzjonijiet bejn partijiet terzi, li jagħtu informazzjoni dwar persuni oħra fuq kwistjonijiet li ma jappartjenux għas-sigurtà nazzjonali, iżda dwar ħajja privata, kienet tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet.

Il-Qorti qalet li l-ewwel riedet tara d-dokument, u sejħet lix-xhud, is-Supretendent Arnaud. Arnaud, li esebixxa email, li qal li ttieħdet minn laptop ta’ Yorgen Fenech, li kien fih “ħafna kontenut tan-negozju.” L-email, mis-sit ta’ prenotazzjoni tal-vjaġġi Expedia.com, ikkonfermat il-prenotazzjoni ta’ Fenech ta’ kamra fil-lukanda Buddha Bar f’Pariġi, u indikat lil Cutajar bħala l-mistiedna tiegħu.

Din waslet għand Fenech fl-14 ta’ Frar 2018. Instab permezz ta’ tfittxija sempliċi bil-keyword, qal is-Supretendent. Il-Qorti ddeċidiet li kienet se tiddeċiedi fuq talba ta’ Gatt wara li taqraha. Fil-frattemp ikunu ssiġillat fl-atti tal-kawża. L-Avukat Joseph Mizzi, deher għal Camilleri, informa lill-Qorti li huwa wkoll ressaq rikors fil-Qorti Kriminali għall-esebizzjoni ta’ chats fuq il-mowbajl.

“Dawn huma ċ-chats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech u komunikazzjoni ma’ parti terza mingħajr isem.” Mistoqsi mill-Qorti, Mizzi spjega li t-terza ma kinitx is-suġġett tal-libell, iżda li Camilleri kien issemma fihom. F’dan l-istadju, Gatt talab għal projbizzjoni ġenerali fuq il-pubblikazzjoni tax-xhieda ta’ Arnaud jew fin-nuqqas ta’ dan, tad-dati li kien semma. Il-qorti, madankollu, l-Qorti ċaħdet it-talba. Il-każ ġie differit għal Novembru għat-tkomplija tax-xhieda tal-imputat.