Internazzjonali

RUSSJA: Għexieren mejta wara attakk fuq skola

Studenti fost il-mejta u l-midruba

Attakk minn raġel fuq skola fiċ-ċentru tar-Russja ħalla mill-inqas 13-il persuna mejta u għexieren oħra jsofru minn xi ġrieħi.

Fost il-vittmi hemm mill-inqas sebat itfal, żewġ għalliema u żewġ gwardjani li tilfu ħajjithom fi skola li tinsab f’Izhevsk.

Il-mottiv wara l-attakk għadu mhux magħruf.

L-aggressur qatel lilu nnifsu wara l-attakk b’żewġ pistoli. Filmat li nxtered fuq il-midja soċjali juri l-aggressur mejjet liebes t-shirt bis-simbolu tan-Nazi.