Lokali

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara inċident fl-Imrieħel

Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel.

Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tat-3:30pm meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kymco u karozza Mazda Demio.

Il-mutur kien misjuq minn żagħżugħ minn 24 sena residenti l-Gżira filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 72 sena minn Birkirkara.

Fuq il-post waslet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar għal iktar kura. Hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.