Lokali

Timbru Speċjali għal okkażjoni tal-World Postcard Day

Għal okkażjoni tal-World Postcard Day li se tigi ċċelebrata nhar is-Sibt 1 t’Ottubru, MaltaPost p.l.c tixtieq tinforma lill-pubbliku li ser jintuża timbru speċjali fil-Malta Postal Museum għal din l-okkażjoni.

Dan it-timbru speċjali jista’ jiġi ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq www.maltaphilately.com – Telephone 25961740 – e-mail: info@maltaphilately.com