Lokali

Titneda l-kampanja Pink Oct – Mov ’22

Matul ix-xhur t’Ottubru u Novembru se jkunu qed isiru diversi attivitajiet biex jitqajjem iktar għarfien dwar tipi differenti tal-kanċer kemm fin-nisa u anke fl-irġiel.

Fl-ewwel nofs tax-xahar, kulħadd hu mistieden li jixgħel il-binjiet roża għal iktar għarfien.

Imbagħad, fl-1 u t-2 tax-xahar se jkunu qed isiru logħob mill-MFA biex l-għada fit-Tlett Ibliet iż-żebra crossings jinżebgħu wkoll roża għall-okkażjoni.

Intant fid-9 t’Ottubru se ssir dawra tal-muturi minn ħdejn il-pixxina ta’ Marsaskala.

Fil-25 t’Ottubru se tittella’ esebizzjoni minn Bernard Polidano bl-isem ta’ Unseen fil-Belt Valletta filwaqt li l-għada ssir l-ewwel edizzjoni ta’ diskussjoni dwar l-istħarriġ mediku li sar.

Fl-aħħar nett, fis-27 u t-30 t’Ottubru għal Pink October se jsiru Lecture minn Europa Donna Malta u mixja u ġirja, rispettivament.

Dan filwaqt li fil-11 ta’ Novembru se ssir fashion show u Gala Dinner għall-Movember.

Matulhom se jkun qed jitwassal messaġġ ta’ kuraġġ ukoll, biex dawk li għaddejjin minn din il-battalja kontra l-kanċer tas-sider ikunu jafu li ma jinsabux waħidhom.

Din il-kampanja ma tqajjimx biss għarfien għan-nisa biex ikunu jafu iktar dwar il-kanċer u x’għandhom jagħmlu biex jaqbdu l-kanċer b’mod primittiv… iżda wkoll għall-irġiel li s-suġġett għadu ta’ taboo għalihom.