Lokali

Wizz Air se tuża lil Malta bħala bażi

Il-kumpanija tal-ajru Wizz Air Malta se tibda tuża lil pajjiżna bħala bażi… f’kollaborazzjoni mal-Air Malta. U mit-Tlieta, l-ewwel titjira lejn Malta se tkun qed titlaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma fi Fiumicino.

Il-WizzAir hija linja tal-ajru low cost, li ġiet f’pajjiżna snin ilu grazzi għall-viżjoni li kellu Gvern Nazzjonalista li ta opportunita enormi li dawn it-tip ta’ kumpaniji barranin.

F’konferenza tal-aħbarijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ntqla kif il-linja tal-ajru ngħatat l-Air Operator’s Certificate mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni u Liċenzja Operattiva mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta’ Malta biex b’hekk tkun tista’ tibda topera f’pajjiżna.

Wieħed se jkun jista’ itir ma’ din il-kumpanija minn pajjiżna lejn tmien ajruporti differenti fl-Ewropa… f’Sofia, Budapest, Skopje, Katowice, Varsavja, Bucharest, Cluj-Napoca, u Belgrade.

Dawn it-titjiriet se jkunu qed jagħtu opportunità għal żieda ta’ passiġġieri li jaslu Malta, mhux biss turisti iżda wkoll ħaddiema li jagħżlu lil Malta għal impjieg ġdid.

WizzAir ilha tagħti servizz f’numru ta’ pajjiżi għal dawn l-aħħar 18-il sena, bil-kumpanija tibda bl-ewwel titjira tagħha fid-19 ta’ Mejju 2004 li bdiet minn Katowice lejn London Luton.

Illum il-ġurnata, Wizz Air għandha total ta’ 39 bażi f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. U l-pandemija żgur mhux forsi li ma waqfithomx mill-operat tagħhom, anzi l-kumpanija kompliet tikber u laħqet livell aqwa minn dawk ta’ qabel il-Covid.