Esperjenza mill-isbaħ gġal Daniel Bonello li jieħu sehem fit-tellieqa tat-triq tal-Irġiel Elite f’Wollongong, NSW, l-Awstralja.
It-tellieqa, kif kien previst kienet waħda iebsa ħafna b’distanza ta’ madwar 266 km minn Helensburgh sa Wollongong, telgħa ma’ Muntanja Keira u 12-il dawra taċ-ċirkwit li kienet imfassla għal Irġiel Elite. Dan il-Kampjonat Dinji ntrebaħ mill-Belġjan Remco Evenepoel f’6:16:08, 2:21 fuq quddiem mill-Franċiż Christophe Laporte u Michael Matthews tal-Awstralja.
169 ċiklist ħadu sehem minn 50 Nazzjon li minnhom 103 biss spiċċaw it-tellieqa kollha. Infatti kien hemm 66 ċiklist li f’xi ħin jew ieħor twaqqfu milli jkomplu għaddejjin. Daniel Bonello twaqqaf wara seba’ dawriet flimkien ma’ Yuriy Natarov tal-Każakistan u Nico Denz tal-Ġermanja. Bonello temm it-tellieqa tiegħu f’4:01:36. Ħafna mis-sewwieqa tad-DNF twaqqfu qabel is-seba’ dawra.
Peress li Malta ma kinitx ikklassifikata, ma kien hemm ebda kwota biex Malta jkollha ċiklist, iżda wara kitba u intervent immedjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Joe Bajada u mill-President tal-UCI David Lappartient, Malta ngħatat wild card waħda biex Daniel Bonello jkun jista’ jieħu sehem ukoll fir-Road Race.
//= $special ?>