Sport Sport Ieħor

Festa ta’ sport waqt edizzjoni oħra ta’ #BeActive

Attività u festa ta’ sport f’edizzjoni oħra ta’#BeActive Night. Edizzjoni ta’ suċċess li varjat minn Zumba sa fitness tat-trampoline għal Special Olympics fejn fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera inħolqot atmosfera sabiħa ta’ sport.

F’kull rokna tal-kumpless saru avvenimenti, li bdew b’mixja ta’ 2.5 kilometri minn 4 lokalitajiet tal-Kottonera, il-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara bil-partecipanti spiċċaw fil-kumpless biex ingħaqdu mal-folla li bdiet b’warm-up li żied l-istess atmosfera.

Il-padiljun laqa’ ammont kbir ta’ atleti minn Special Olympics li hadu sehem f’kompetizzjonijiet ta’ Bocce u Football għall-atleti kollha tagħhom filwaqt li l-Akkademja tas-snooker wriet it-talent żaghżugħ promettenti. Dawk li attendew setgħu jieħdu sehem f’diversi sports bħal Table Tennis u anke kors dwar l-Ostaklu tan-Nar ippreżentat mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili. Il-palk centrali ospita kumpaniji taż-Żfin, Trampoline Fitness, Zumba u Capoeira.

Kif kien mistenni bosta ipparteċipaw fl-attivitajiet u ħolqu atmosfera sabiħa li ispirat lil dawk preżenti li ngħaqdu mal-partecipanti.