Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: ‘Ir-Russja mhix qed tiċċajta bid-diskors dwar in-nukleari’

L-eks President tar-Russja, Dmitry Medvedev, qal li pajjiżu għandu d-dritt li juża l-armi nukleari f’każ li jqis il-pass bħala neċessarju.

Fl-istess ħin, Medvedev għamilha ċara ‘Moska ma tiċċajtax dwar dawn l-affarijiet’.

Dmitry Medvedev, il-Viċi-Chairman tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Russja, qal li pajjiżu jkollu jwieġeb għat-theddid jekk kemm-il darba jispiċċa b’dahru mal-ħajt minħabba ‘il-politika ostili tal-Punent’.

L-eks President Russu qal ukoll li r-Russja għandha taġixxi ‘mingħajr wisq konsultazzjonijiet’ meta t-tensjoni mal-Punent irrankat rigward ir-referendums diskreditati li għaddejjin fit-territorji Ukreni okkupati.