Futbol Sport

Il-Maltin idawwru telfa f’rebħa

Malta…………………………2
Iżrael…………………….…..1

Malta: H. Bonello, S. Borg (F. Apap 60’), J. Borg (L. Montebello 78’), E. Pepe, J. Mbong, M. Guillaumier, B. Kristensen (T. Teuma 60’), R. Camenzuli, J. Busuttil (J. Jone 46’), S. Dimech (A. Satariano 71’), J. Degabriele (J. Brown 46’)

Iżrael: O. Marciano (Y. Gerafi 46’), O. Dadya (E. Dasa 57’), M. Gantus (G. Badash 74’), R. Shlomo. D. Gropper, R. Hatuel, G. Naor, O. Altman, T. Baribo (I. Shabiro 57’), B. Natcho (S. Elias 66’), S. Weismann (G. Melamed 58’)

Referee: E. Hamiti

F’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet fid-dell ta’ l-aħbar li kienet ħarġet aktar kmieni matul il-jum dwar il-kowċ Devis Mangia, taħt il-gwida ta’ Davide Mazzotta, it-tim Malti għall-ewwel darba fl-istorja rebaħ bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Iżrael. Mazzotta għażel li jagħmel ħames bidliet mit-telfa ta’ tmiem il-ġimgħa kontra l-Estonja, liema telfa fissret li Malta ma kisbitx il-promozzjoni għal-League C tal-UEFA Nations League.

Bl-ewwel taqsima, tkun nieqsa mill-azzjonijiet, l-Iżrael skorjaw fit-32 minuta, permezz ta’ penalty ta’ Bibras Natcho.

Fit-tieni taqsima, it-tim Malti prova jkun aktar avventuruż sabiex jikseb id-draw f’din il-partita u kien is-sostitut Alex Satariano fl-84 minuta li ġab l-iskor indaqs. Kontra kull mistenni t-tim Malti mar fil-vantaġġ fis-87 minuta meta kien sostitut ieħor, Ferdinando Apap li għamel l-iskor 2-1, biex b’hekk Malta kisbet rebħa kontra tim li għadu kemm ġie promoss għal-League A fil-UEFA Nations League.