Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqgħat minn tal-linja

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, żagħżugħ sofra minn ġrieħi gravi wara li ntlaqgħat minn tal-linja fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar intlaqat minn xarabank tal-għamla Otokar Kent misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti Santa Venera.

Ir-raġel ta’ 22 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.