Sport Sport Ieħor

Keith Galea u Krista Kuusijarvi jipprovdu tmiem eċitanti għall-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon Series

L-aħħar tellieqa tal-Go&Fun BSJ Sprint Triathlon kienet waħda eċċitanti, bl-ebda rebbieħ ċert sal-aħħar minuta hekk kif l-atleti li kienu fuq quddiem u li ddominaw is-serje matul is-sajf, baqgħu jbiddlu l-postijiet matul it-tellieqa kollha.

L-ewwel mill-għawma ta’ 750m kien Kai Azzopardi, li għadda lil Keith Galea malli laħqu l-ewwel baga biex ħa l-vantaġġ u wasal l-ewwel fiż-żona ta’ transizzjoni. Warajh, Galea u Ryan Muscat daħlu ras imb ras fit-transizzjoni sabiex komplew għat-taqsima ta’ 20km tar-rota.

Kien f’din it-taqsima li l-postijiet bdew jinbidlu u Galea ħa l-vantaġġ quddiem Azzopardi u Muscat. Hekk kif Galea daħal fit-tranżizzjoni, Muscat u Azzopardi tnejn ippruvaw li jgħaddu lil xulxin, b’riżultat li t-tlieta li daħlu prattikament flimkien. Transizzjoni mgħaġġla ta’ Azzopardi rah joħroġ lejn il-ġirja ta’ 5km l-ewwel, b’Muscat jsegwiħ. Galea, determinat li jirbaħ l-aħħar tiġrija ta spinta determinata biex bil-mod il-mod qabiżhom. Azzopardi spiċċa fit-tieni post, b’Muscat jispiċċa ħames sekondi warajh.

Sitwazzjoni simili ġrat fil-kategorija tan-nisa, Danica Bonello Spiteri pproduċiet għawma b’saħħita biex kisbet vantaġġ komdu fuq Keira Attard u Krista Kuusijarvi. Waqt li ħarġet fuq il-korsa tar-rota qabel dawn it-tnejn, Bonello Spiteri żammet il-vantaġġ sal-aħħar ftit metri meta Kuusijarvi qabżita fl-aħħar ftit metri qabel iż-żona tat-tranżizzjoni. Minn hemm ‘il quddiem Kuusijarvi ħadet il-vantaġġ biex spiċċat it-tellieqa u pproduċiet l-aħjar ħin tagħha għas-Serje. Bonello Spiteri spiċċat fit-tieni post segwita minn Attard li pproduċiet wkoll l-aħjar ħin personali għas-sajf.

Bl-aħħar tiġrija tas-Serje, mitmuma, Keith Galea u Danica Bonello Spiteri ġew inkurunati rebbieħa globali tas-Serje mill-President tal-Club Ray Grech.

Il-Club ospita wkoll l-aħħar tiġrija tal-Go&Fun Youth Triathlon Series li kienet popolari ħafna u li għandha l-għan li trawwem passjoni għat-Triathlon fost atleti iżgħar. Ġie ppreżentat trofew lill-ewwel atleti nisa u rġiel li ħadu sehem fl-erba’ tiġrijiet tas-serje fl-erba’ kategoriji – Oliver Buccheri, Mickaya Fava (Kategorija 1), Leo Buccheri, Nina Debono (Kategorija 2), Giuseppe Borg, Zija Fuji (Kategorija 3) u Chylen Fava (Kategorija 4).