Lokali Mużika

Liema se tkun il-belt li tospita l-Eurovision?

Illum il-BBC mistenni jħabbar żviluppi dwar l-għażla tal-belt illi se tospita l-Eurovision tas-sena d-dieħla. Dan wara li ttieħdet id-deċiżjoni li minflok fl-Ukrajna, il-festival isir fir-Renju Unit.

Birmingham, Glasgow, Leeds, Liverpool, Manchester, Newcastle u Sheffield huma l-ibliet li diġa’ esprimew interess. U llum, mistennija jkun hemm shortlisting tal-aktar favoriti.

Fil-Eurovision ta’ din is-sena, il-kantant Brittanniku Sam Ryder kien ġie fit-tieni post.