Illejla tul il-programm PROFILI se nkunu qed niltaqgħu ma’ Tonio Borg, eks Viċi Prim Ministru u Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Tul il-programm il-profil se jirrakonta l-esperjenza tiegħu fil-politika, il-ħidma biex huwa sar Kummissarju Ewropew u l-iskrutinju li għadda minnu biex leħaq f’dan l-irwol.
Se naraw lil Tonio Borg minn lenti differenti, x’se jgħidilna dwar tfulitu, kif ġiet l-imħabba lejn il-politika. Fil-programm se nkunu qed niltaqgħu wkoll ma’ personaġġi oħra li se jitkellmu dwar Tonio Borg.
PROFILI llejla se jibda fit-8.30pm, u għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul

