Futbol Sport

AĠĠORNATA: L-MFA tissospendi lil Devis Mangia temporanjament

Fi stqarrija li għadha kemm inħarġet kmieni dalgħodu, il-Malta Football Association ħabbret li b’seħħ immedjat qed tieħu d-deċiżjoni li twaqqaf lil Devis Mangia mit-tmexxija teknika tat-tim nazzjonali b’mod temporanju, wara li rċeviet rapport dwar allegat ksur tal-policies tagħha.

L-istqarrija tal-MFA tgħid li Mangia ta d-disponibbiltà sħiħa tiegħu biex jiġu stabbiliti l-fatti tal-kwistjoni u li dwarha l-assoċjazzjoni għażliet li tieħu azzjoni. L-assoċjazzjoni mhux se tikkummenta aktar sakemm il-passi li jmiss jiġu diskussi fi ħdan il-korpi rispettivi tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod miftuħ u trasparenti.

Għall-partita tal-lejla kontra Iżrael it-tim se jkun immexxi mill-assitant kowċ, Davide Mazzotta.

Intant, f’nota qasira fuq il-media soċjali, il-grupp South End Core qalu li jinsabu ixxukjati b’din l-aħbar.

Net News bagħat serje ta’ domandi lill-Malta Football Association.