Futbol Sport

Tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena: Malta b’telfa kbira kontra l-Montenegro

Malta………………………0

Montenegro……………6

Malta: M. Debono (M. Spiteri46’), Z. Leonardi (G. Mifsud 70’),M. Debattista (N. Agius 70’), K.Briffa (J, Engerer 46’), M.Veselji (J. Carbone 70’), A. Zammit (S.Cassar Torregiani 70’), A. Garzia(S. Mackay 70’), N. Micallef (I.Ebejer 75’), K.Mohnani (S. Mizzi59’), D. Mifsud (I Cutajar 46’), K.Bondin (G. Sciberras 59’)

Montenegro: N. Ivezic (S.Joksimovic 46’), L. Boricic (I.Bajovic 46’), D. Saletic (O. Gasevic67’), N. Perovic (N. Bozovic 57’),N. Vukotic (B. Toskovic 73’), D.Vukovic (D. Mugosa 67’), O.Bakic (A. Kujovic 67’), A.Radulovic (N. Jovicevic 57’), N.Janjic (M. Vukotic 46’), J. Dasic(A. Bajovic 57’), D. Perovic (A.Muratovic 73’)

Wara d-draw ta’ 2-2 kontra Ċipru, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, sofra telfa umiljanti ta’ 6-0 kontra l Montenegro. Il-Montenegro bdew fuq l-offensiva mill-bidu tal-partita u marru filvantaġġ wara 16-il minuta permezz ta’ Nikola Janjic. Erba’ minuti wara, l-Montenegro jirduppjaw din id-darba permezz ta’ Dusan Vukovic. Man-nofsiegħa logħob, l-Montenegro għamluhom tlieta u għalqu l-partita b’gowl ta’ Andrija Radulovic.

Fit-tieni taqsima, l-Montenegro baqgħu fuq l-offensiva u kien awto-goal ta’ Karl Mohnani li għamel l-iskor 4-0. Andrija Radulovic skorja t-tieni gowl tiegħu fit-52 minuta biex kwarta mit-tmiem, kien Nikola Jovicevic li għamel l-iskor finali 6-0.

Referee: Ishmael Barbara