Lokali

Ben Laferla hu l-vittma tal-inċident li seħħ meta żagħżugħa kienet qed issuq bla liċenzja

Ħafna qamu mnikkta għall-aħbar tal-mewt taż-żagħżugħ ta’ 21 sena, Ben Laferla… li tilef ħajtu wara li kien passiġġier fil-karozza tal-kiri misjuqa minn żagħżugħa ta’ 17-il sena li ma kelliex liċenzja valida…u li tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla f’ħajt.

May be a black-and-white image of 1 person and people kissing
Ben flimkien ma’ ommu meta kien għadu żgħir

L-inċident seħħ is-Sibt li għadda għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Madliena, is-Swieqi.

Iż-żagħżugħ kien ilu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei għal dawn l-aħħar jiem hekk kif kien qed isofri minn ġrieħi serji. Sfortunatament, iż-żagħżugħ tilef ħajtu fl-aħħar sigħat.

Fil-karozza kien hemm ukoll żewġ passiġġiera oħra, Żvizzeru ta’ 20 sena residenti s-Swieqi, u tfajla miċ-Ċilì ta’ 19-il sena residenti San Ġiljan. Dawn kienu sofrew biss ġrieħi ħfief filwaqt li s-sewwieqa sofriet minn ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace qed tmexxi inkjesta. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.