Futbol Sport

GFA l-Ewwel Diviżjoni: Tintemm l-avventura ta’ Marco Markovic ma’ Victoria Hotspurs

Fi stqarrija t-tim tal-Ewwel Diviżjoni f’Għawdex Victoria Hotspurs ħabbru li aċċettaw ir-riżenja tal-coach Montenigrin Marco Markovic u l-Fitness Coach Spanjol Guillermo Ganet.

Il-Hotspurs kellhom bidu mill-aktar diżappuntanti dan l-istaġun fejn jinsabu bla punti wara erba’ telfiet minn daqstant partiti. Fl-istqarrija Vicotia Hotspurs, filwaqt li rringrazzjaw lil Markovic u Ganet, faħħru r-rispett u l-professjonalità li urew lejn il-plejers.

L-istqarrija kompliet li filwaqt li konxji mill-pożizzjoni diffiċli li jinsab it-tim fil-klassifika, il-kumitat għaddej bil-ħidma tiegħu sabiex jimtlew il-pożizzjonijiet ta’ Coach u Fitness Coach malajr kemm jista jkun.