Lokali Qorti

Konfermata sentenza ta’ tmien snin ħabs fuq stupru u theddid

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwin Grima ikkonfermat sentenza ta’ tmien snin ħabs fuq raġel ta’ 49 sena mill-Floriana, li kien stupra mara u li għalilha ħajjitha nfern. Mill-provi ħareġ li David Xuereb kien se jirrovina lill-vittma tiegħu u li saħansitra kien qalilha se jimxi magħha bħala  “l-aktar… raġel selvaġġ fuq din id-dinja”.

Il-mara kienet f’relazzjoni fiż-żmien li kienet toħroġ ma’ Xuereb u maż-żmien il-koppja saret intima. Il-vittma ma rieditx titlaq is-sieħeb tagħha filwaqt li l-ħati beda jiffissa fuqha u jheddidha sakemm minn relazzjoni kunsenswali l-aġir ta’ Xuereb spiċċa biex stupraha kemm il-darba u jheddidha li kien se jgħid b’kollox lis-sieħeb tagħha.

Il-Qorti tal-Appell qalet li ma kellhiex għalfejn tibdel mis-sentenza mogħtija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn huwa nstab ħati ta’  stupru vjolenti, attakk indiċenti vjolenti kif ukoll  fastidju lill-vittma tiegħu, li bl-aġir tiegħu kkawżala biża’ mill-vjolenza filwaqt li heddida li jekk hija tazzarda kissser “ir-relazzjoni” ta’ bejniethom, kien se joħroġ informazzjoni sigrieta fuqha.

Il-mara f’punt minnhom iddeċidiet li twaqqaf ir-relazzjoni intima miegħu. Hawn huwa sploda, u beda jheddidha u jġiegħha tagħmel atti sesswali kontra l-volontà tagħha. F’każ totalment differenti minn oħrajn, ir-raġel kien jhedded lil mara, li jekk mhux se tkompli bir-relazzjoni sesswali miegħu kien se jitfa’ filmati fuq il-media soċjali biex is-sieħeb tagħha jkun jaf x’inhu għaddej.

L-isturpru vjolenti  sar bejn Jannar u Awwissu tal-2017 u kienu diversi dawk l-okkażjonijiet fejn hija talbitu jieqaf mill-aġir tiegħu u minkejja dan baqa’ ma waqafx. Saħansitra kien hemm okkażjonijiet fejn anke seħħet vjolenza fiżika, li kaxkarha għall-ma’ l-art u ssokta bl-att sesswali.

Il-mara kienet iltaqgħet miegħu f’Lulju, 2016, meta waqqfet tkellmu. Bgħatilha messaġġ fuq Facebook biex jiltaqa’ magħha w xi jiem wara marret ħadet kafè miegħu. Wara baqgħu f’kuntatt u meta beda juri nteress fiha w jagħtiha ċertu attenzjoni, magħdud mal-fatt li kienet għaddejja minn diversi problemi fil-ħajja privata tagħha, kienet tieħu pjaċir tiltaqa’ w tiftaħ qalbha miegħu.

Lejn l-aħħar t’Awissu, 2016, ir-relazzjoni żviluppat f’waħda intima, “Kien bil-kunsens tat-tnejn” iżda wara beda jsir “aktar ossessjonat. Kellu kwazi ghira, li ma kellux ghalfejn ikollu għax hu kien jaf li jiena għadni mal-partner”, hija qalet. Beda jibgħatilha rigali w dan ġiegħelha biex tibda bil-mod il-mod taqta’ xi ftit minn miegħu, iżda f’dan il-punt hu rvella.

Ried jagħmel suwiċidju

Darba fost l-oħrajn, kienet mingħajr reception tal-mobile u b’hekk ma setgħetx twieġeb telefonati w messaġġi tiegħu, u fżħin minnhom bgħatilha li kien se juri l-messaġġi tagħha lil partner tagħha. B’dan il-messaġġ irrealiżżat li ma setgħetx tibqa ħbieb miegħu u minn hemm bdiet sensiela ta’ theddid li kienet tirċievi.

Meta f’Ottubru, 2016, hu kien beda joħroġ ma’ tfajla, xorta baqa’ jiffittaha u f’Diċembru baqaw ħbieb iżda hu kien jgħidilha “li jekk ma tkomplix miegħi, se ntemm hajti u se naghmel suwicidju”. Lejn l-aħħar ta’ Diċembru bidu ta’ Jannar, beda joħroġ ma ħabibitha w hi reġgħet qaltlu biex jieqfu mir-relazzjonijiet sesswali għaliex qatt ma kienet se titlaq lill-partner tagħha.

Ħareġ fil-Qorti li l-mara kienet bdiet relazzjoni intima mal-ħati fejn l-attivitajiet sesswali kienu jseħħu fl-uffiċju tiegħu l-Belt matul il-ġurnata. Qalet li fil-bidu ir-relazzjoni kienet kunsenswali. Hija kienet intebħet li l-attività sesswali miegħu kienet qed tiġi ffilmjata. Kienet rat ukoll ritratti li ntbagħtu lil oħtha.

Qalet li f’Awwissu tal-2017, biddlet in-numru tal-mobile għax riedet taqta’ kull kuntatt. Madankollu baqa jipprova jkellimha, u bgħatilha diversi emails fuq tax-xogħol. Kemm il-mara kif ukoll ħabibitha xehdu kif kienu dejjem jsibu lir-raġel iħuf u jitlajja fil-viċinanzi fejn tkun qeda il-mara .

Ħabibitha xehdet: “li meta kienu joħorġu barra mill-uffiċċju, dejjem irid ikun x’ imkien fil-vicinanzi. Malli nohorgu ghall-break, dejjem insibuh x’ imkien, u mhux il-Belt biss. Sa l-Exiles, tas-Sliema kien ikun, fejn tkun hi, u darba qabduh jiġbed ir-ritratti. Jispjegaw kif saħansitra kienet isibu kif tispiċċa mix-xogħol jistenniha”.

L-Ispettur Jeffrey Scicluna, li flimkien mal-Ispettur John Spiteri mexxa l-Prosekuzzjoni semma’ il-vitmma għamlet rapport inizjali dwar ‘revenge porn’ wara li allegat li r-raġel bagħat ritratti w videos ta’ mumenti ntimi tagħhom fuq Facebook.

Meta x-xhud ra dawn il-videos intebaħ li dan ma kienx każ sempliċi ta’ ‘revenge porn’ iżda kien hemm elementi ta’ stupru. Il-mara wriet lill-Ispettur ‘chats’ minn fejn jirrizulta ċar u tond li ma riditx affari miegħu u riedet li jħalliha bi kwieta.

Stqarret li kienet tibża mis-sieħeb tagħha w għalhekk għamlet minn kollox biex ir-relazzjoni mal-ħati tibqa’ mistura; għalhekk “hu kien juza din il-biza sabiex igieghel lil mara jkollha x’taqsam miegħu”, qal ix-xhud. Il-vittma kienet baqgħet tiltaqa’ miegħu darba fil-ġimgħa jew kull 15 fl-uffiċċju tiegħu.

Meta oħta kienet irċeviet ritratti minn għandu, hawn il-mara ma felħitx aktar. L-Ispettur John Spiteri xehed li sema’ wkoll ir-rakkont tal-mara u saru tfittxijiet bl-għajnuna tas-Cybercrime Division fejn ġie elevat apparat elettroniku. Kien hemm filmati ta’ dak li kien isir fl-uffiċċju u camera nstabet f’post moħbi. Il-mara kienet tgħidlu biex jieqaf għax riedet ittemm ir-relazzjoni u kienet anke tibki u li kien qed ikissrilha ħajjitha. Il-Qorti eżaminat il-kondotta tal-imputat li qalet li hija ta’ tħassib.

Meta tat is-sentenza l-Erbgħa filgħodu, il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mis-Sinjura Imħallef Edwina Grima, ċaħdet l-appell, u kkonfermat il-kundanna u l-piena. L-avukat tal-AĠ Etienne Savona kien wkoll parti mill-prosekuzzjoni. L-Avukat Alfred Abela rrappreżenta lill-vittma.