Lokali

“L-edukaturi qed jimlew il-klassijiet fejn hemm nuqqas” – MUT

Eluf ta’ studenti irritornaw lura wara l-bankijiet tal-iskola għal bidu ta’ sena akkademika ġdida wara l-vaganzi tas-Sajf. 

Wara li bosta bejn it-Tnejn u t-Tlieta bdew is-sena skolastika tagħhom, fejn iltaqgħu mal-ħbieb u mal-edukaturi l-ġodda tagħhom…diversi ġenituri u anke studenti kellhom id-dubju jekk bħal dawn l-aħħar snin kienx se jkollhom lill-uliedhom fi klassi waħedhom minħabba li m’hemmx biżżejjed għalliema.

Fl-aħħar 3 snin u nofs, Gvern tal-Labour poġġa’ xejn inqas minn 4 Ministri tal-Edukazzjoni, bl-aħħar wieħed ikun il-Ministru Clifton Grima.

Matul il-jum tat-Tnejn, filwaqt li ma riedx jieħu responsabbiltà ta’ skejjel oħra, insista li ċertament li l-iskejjel tal-istat ma kienx se jkollhom problemi rigward nuqqas ta’ edukaturi – u l-istudenti kollha kien se jkollhom għalliem preżenti.

Meta mistoqsi minn Net News, il-President tal-MUT Marco Bonnici insista li l-ghalliema qed jagħmlu tajjeb għan-nuqqas kbir ta’ edukaturi li hawn fl-iskejjel Maltin u Għawdxin…partikolarment f’suġġetti bħal Matematika, Ingliż, Xjenza u ICT.

Dan ifisser li fil-bidu tas-sena akkademika l-edukaturi diġà jinsabu taħt pressjoni, b’overload qawwi minħabba nuqqas ta’ ippjanar minn naħa tal-Gvern li issa ilu għaddej xhur sħaħ.

Fl-aħħar xhur u snin dan is-settur beda jħabbat wiċċu ma diffikultajiet kbar minħabba għalliema li qed jagħżlu li jmorru jaħdmu f’setturi oħrajn kif ukoll kawża ta’ tnaqqis sostanzjanli fl-ammont ta’ studenti li qed jiddeċiedu li jistudjaw għall-professjoni fl-edukazzjoni.