Lokali Qorti

“MILL-QORTI” fuq NET FM minn nhar is-Sibt fid-9.30am.

Diskussjoni u dibattiti wiċċ’imb wiċċ ma’ avukati li b’lingwa li jifhmu kulħadd nitkellmu dwar it-tħaddim tal-ġustizzja f’Malta. Il-ħafna mistoqsijiet li jsiru mill-pubbliku. Għaliex id-dewmien, għaliex sentenza sospiża, għaliex id-differimenti, il-pleġġ, id-diversi Qrati – minn kriminal għa;l ċivil u qorti tal-famija u ħafna aktar.

Huma dawn l-elementi li se jikkaraterizzaw dan il-programm ġdid tal-programm MILL-QORTI, li għal dan id-debutt tiegħu se jkollu mistiedna persuni esperti f’termini legali, li jixxandar fuq Net FM kull nhar ta’ Sibt fid-9.30am.

Il-programm se jkun l-appuntament ewlieni għal dawk kollha li jridu jiskopru aktar x’jiġri fil-bini tal-Qorti, kemm f’Malta u anke Għawdex. Dan mhux programm politiku imma wieħed ta’ informazzjoni u bla kantunieri, bis-sehem ta’ mistiedna varji u diskussjonijiet dwar it-temi l-aktar jaħarqu.

Il-produzzjoni u preżentazzjoni tal-programm se tkun f’idejn Ray Abdilla, li jsegwi ħafna l-kawżi tal-Qorti. Grazzi li se tkunu hemm u ssegwuna. L-ewwel mistieden fil-programm se jkun l-Avukat Franco Debono.