Lokali

Omm Ben issellimlu għall-aħħar darba

"Ben kien jixgħel il-kamra bit-tbissima tiegħu"

Ir-relazzjoni bejn omm u iben hi inseparabbli… u kienu prova ta’ dan Ben u Fiona Laferla.

Ben tilef ħajtu fl-aħħar sigħat wara inċident traġiku jiem ilu meta l-karozza li kien passiġġiera fiha spiċċat baqgħet dieħla f’ħajt wara li tilfet il-kontroll.

Ommu, permezz ta’ post li tefgħet fuq Facebook, selmet lil binha għall-aħħar darba.

Ma’ dan il-post, għexieren ta’ ħbieb ta’ Ben iddiskrivew it-tbissima li kienet tixgħel il-kamra, b’enerġija ma taqta’ xejn. Ħafna qalu kif ħajjithom mingħajru se jkollha vojt kbir.