Lokali

Raġel mill-Mosta fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular u nofs

Raġel jinsab jissielet għal ħajtu wara inċident li seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Mons. A. Buhagiar, ir-Rabat.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 35 sena residenti l-Mosta, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ġie infurmat u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin