Lokali

Tifel ta’ 7 snin isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur

Tifel ta’ 7 snin sofra minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur il-bieraħ għall-ħabta tas-5:45pm fi Triq Bir Rikka, Marsaxlokk.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li t-tifel intlaqat minn mutur tal-għamla Daelim, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Marsaxlokk.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.