Internazzjonali

Ukrajna: Meloni twiegħed ‘appoġġ leali’ lil Zelensky u l-poplu Ukren

Il-Prim Ministru elett tal-Italja, Giorgia Meloni, wiegħdet l-appoġġ assolut ta’ pajjiżha lill-Ukrajna waqt messaġġ speċifiku lill-President Ukren, Volodymyr Zelensky.

Fil-messaġġ hi wiegħdet li ma tnaqqas qatt l-appoġġ tat-Taljani ‘għal din il-ġlieda għal-libertà tal-poplu tal-Ukrajna u l-futur tal-Ewropa’.

Meloni anki ħeġġet biex Zelsensky u l-poplu tiegħu jibqgħu juru l-istess kuraġġ u determinazzjni biex jirreżistu lill-qawwiet ta’ Putin sakemm l-Ukrajna terġa’ tkun ħielsa.

Il-messaġġ intbagħat bħala tweġiba lil Volodymyr Zelensky wara li l-Mexxej Ukren kien bagħtilha messaġġ ta’ kongratulazzjoni għar-rebħa storika tal-partit Fratelli d’Italia ta’ Meloni fl-elezzjonijiet ġenerali tal-Ħadd.